Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: Mellieħa Libertas jieħdu l-ewwel rebħa fuq Starlites

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Athleta………….77

Hibernians…….66

(25-18)(26-19)(15-13)(11-16)

Athleta fetħu l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa fuq it-team ta’ Hibernians 77-66. Athleta setgħu finalment jutiliżżaw lil Piotr Stelmach li kellhu debutt feliċi biż-żewġ players Amerikani jaqsmu bejniethom total ta’ 35 punt. Il-coach Chriostos Kousidis uża biss sitt players fil-partita li rathom ikunu fuq quddiem għa aktar minn 37 minuta. Athleta għamlu 26 punt mill-fast breaks kontra it-13 tal-avversarji. Wara l-ewwel basket tal-partita minn Nikola Vasovic għal Hibs, Athleta wieġbu bi break ta’ 8-0 mibdi minn Matthew Gouder u l-kumplament tal-punti jiġu kollha minn Malik Riddle. Hibs irkupraw bil-punti ta’ Calvin Whipple u Ivan Demcesen però break ta’ 9-2 minn Athleta bi trippla ta’ Riddle rahom itemmu l-ewwel sessjoni 25-18 minn fuq. Fit-tieni perjodu, wara trippla minn Mason Hix għall-Pawlisti, Athleta wieġbu bi break ieħor ta’ 12-2 biex bdew jinqatgħu fuq quddiem. Hibs naqqsu d-distakk għal 8 punti wara baskets minn Demcesen u Hix iżda Athleta komplew jiddominaw u għamlu run oħra ta’ 12-3 għalkemm sofrew trippla ta’ Hix eżatt qabel intemmet is-sessjoni għal skor ta’ 51-37.

Wara l-intervall, Hibs taw indikazzjoni li se jirkupraw hekk kif bdew b’sitt punti mingħajr risposta f’inqas minn minuta. Però il-players ta’ Kousidis kellhom ħsibijiet oħra hekk kif reġgħu ħadu l-partita f’idejom bi break ta’ 13-2 biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 19 -il punt 64-45. Sa’ tmiem il-perjodu kien hemm il-punti ta’ Demcesen għal Hibs però Athleta temmew it-taqsima 66-50 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Hibs kellhom it-trippli ta’ Whipple għalkemm Riddle u De Juan Moorer komplew jiksbu l-punti tal-Athleta. Fl-aħħar erba’ minuti kien hemm it-tkeċċija ta’ Francesco Mifsud Bonnici tal-Athleta li però komplew jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 77-66.

Athleta: M. Riddle 33, F. Mifsud Bonnici 2, N. Buhagiar, L. Stefanovic 4, D. Moorer 20, M. Gouder 8, I. Xuereb, R. Abela, P. Stelmach 10, I. Medved, T. Chatzimoysis, J. Cefai.

Hibernians: C. Whipple 20, P. Attard, B. Zammit, L. Attard, L. Farrugia 2, N. Vasovic 2, A. Axiaq 2, R. Aquilina, M. Attard 3, M. Hix 23, I. Demcesen 17, S. Simic.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nestor Rincon

Valletta Fighters….66

Luxol……………………77

(16-20(12-13)(18-23)(20-21)

Luxol pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel ħarġa tagħhom fis-shield kontra Valletta hekk kif rebħulhom fl-ewwel partita tal-kampjonat. Valletta kienu mingħajr diversi players bħal Rytis Rutkauskas, Ferdinand Lisondra u Peter Shoults però kellhom lill-aħħar akkwist tagħhom Andy Attard. Luxol, issa mingħajr Juan Cefai li inagħqad ma’ Athleta kellhom lura fl-iskwadra lil Slavko Opojevlic. Fl-ewwel ħinijiet tal-partita ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fejn kien hemm basket u trippla fuq kull naħa. Hawn Luxol għamlu break ta’ 10-0 bil-punti ta’ Stefan Cappello u Nikola Jovanovic. Valletta kellhom risposta permezz ta’ Keith Charleston però Luxol kellhom it-tieni trippla ta’ Nathan Xuereb qabel ma Valletta għamlu l-aħħar erba’ punti għal skor ta’ 16-20. Fit-tieni perjodu, l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat fejn wara li Valletta kellhom trippla minn Charleston, Luxol wieġbu bi tnejn oħra minn Jovanovic u Xuereb. Il-punti komplew ġejjin bil-mod u fl-intervall il-vantaġġ ta’ Luxol kien ta’ 5 punti 33-28.

Fit-tielet taqsima, kien hemm il-punti ta’ Gael Hulson u Xuereb għal Luxol  qabel ma Valletta għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex waslu sa’ punt ‘l bogħod 35-36. Luxol irkupraw u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti qabel ma Valletta kellhom it-trippli ta’ Charleston u Ulhas Satyanarayan. Luxol għamlu run oħra ta’ 10-0 bi trppla ta’ Xuereb għal skor ta’ 56-46. Fl-aħħar perjodi Valletta komplew jipruvaw biex isalvaw il-partita u run ta’ 9-0 rathom inaqqsu d-distakk għal 5 punti 60-65. Xuereb kellhu trippla oħra għal Luxol flimkien mal-Amerikan Tariq Woodey u huma għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 7-1 biex ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat fuq skor ta’ 77-66.

Valletta Fighters: K. Charleston 23, C. Briffa, S. Saakian 2, R. Curmi, D. Mattox 13, A. Attard 2, M. Farrugia 2, U. Satayanorayon 3, N. Cassar 21.

Luxol: S. Pace, I. Azzopardi 2, N. Jovanovic 9, A. Azzopardi, JP Schembri 5, N. Xuereb 27, G. Hulsen 7, T. Woody 15, M. Matijevic 4, S. Cappello 6.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Fanni Fabok

Starlites JSD……………………………98

Mellieħa Libertas Spalding……108

(27-17)(20-31)(18-29)(33-31)

Wara żewġ telfiet li waslu f’żewġ finali differenti, t-team ta’ Mellieħa Libertas irnexxielhom jieħdu l-ewwel rebħa fuq Starlites JSD fil-partita li għalqet l-ewwel ġurnata tal-kampjonat. Starlites kienu b’żewġ Amerikani hekk kif Malik Lorquet ħalla Malta hekk kif il-kuntratt tiegħu ma kienx imġedded. Partita li rat lil coach Paul Ferrante jagħti d-debutt mal-kbar liż-żagħżugħ Kai Fabri. Punt negattiv għac-champions hu bla dubju l-injury ta’ Kurt Xuereb u minn hawn nawgurawlu fejqan mill-aktar fis. Kif mistenni, l-partita kellha bidu bilanċjat fejn Starlites kellhom il-punti ta’ Christian Hincson fost l-oħrajn fil-waqt li Mellieħa wieġbu bi trippla ta’ Kwame Thompson. Wara li fit-tmien minuta Vukassin Jandric poġġa lil Mellieħa punt minn fuq, Starlites wieġbu bi break ta’ 14-3 li għalquh bi trippla ta’ Hincson u temmew l-ewwel sessjoni 27-17 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet bi trippla fuq kull naħa bit-team ta’ Mellieħa jkomplu jnaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Thompso, David Bugeja u Tederick Wolfe. Ħames punti minn Davonte Craven poġġew lil Starlites 10 minn fuq 44-34 però hawn Mellieħa kellhom run ta’ 10-0 bi trippli minn Jandric u Bugeja flimkien ma’ Wolfe u Thompson. Sa’ tmiem is-sessjoni Mellieħa rnexxielhom idawru l-iskor favur tagħhom 48-46 bl-aħħar żewġ baskets minn Jandric u Thompson.

Wara l-intervall, Mellieħa ħasdu lill-avversarji bi break ta’ 11-0 b’żewġ trippli minn Jandric b’Paul Ferrante kostrett jsejjaħ time-out. Starlites bdew jirkupraw speċjalment bit-trippli ta’ Hincson u Matthew Attard. Mellieħa però ma baqgħux lura u huma wkoll kellhom il-punti minn Wolfe u Jandric biex temmew is-sessjoni 77-65 minn fuq. L-aħħar taqsima offriet xejn anqas minn 64 punt fejn Starlites naqqsu d-distakk għal erba’ punti 74-80. Hawn Mellieħa reġa’ kellhom mument posittiv b’żewġ runs ta’ 10-3 u 10-2 li rathom jagħqqdu l-mitt punt b’żewġ freethrows ta’ Thompson. Starlites baqgħu jittamaw bi trippli minn Alec Felice Pace u Craven hekk kif bdew iwaqqfu l-arloġġ però Mellieħa ftit li xejn fallew free-throws biex rebħu l-partita 108-98.

Starlites FIJO: A. Felice Pace 16, C. Hinkson 26, M. Attard 15, S. Aquilina, I. Felice Pace 8, M. Fabri, K. Fabri, D. Craven 30, L. Farrugia, K. Xuereb 3, N. Sultana.

Mellieħa Libertas: T. Wolfe 29, D. Bugeja 16, R. Bonnici 4, V. Jandric 26, I. Bonett 2, R. Carabott, K. Thompson 23, E. Valdespina 3, C. Mercurio 5, N. Pace.

Referees: Artur Bayraktar, Nicky Azzopardi, Fiorentina Ciurariu