Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami kkundanna l-qtil indiskriminat tal-Palestinjani u l-attakki terroristiċi fuq Iżrael.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li l-kuntest internazzjonali ta’ bħalissa hu wieħed partikolari fejn id-dinja għaddejja min taqlib kbir kaġunat mill-gwerra fl-Ukrajina u t-taġedja fil-Lvant Nofsani; f’Iżrael u fil-Palestina.
Hu qal li l-pożizzjoni tal-PN dwar l-Ukrajina hi ta’ kundanna bla riżerva għar-Russja u għall-gwerra li bdiet. Il-PN jikkundanna l-invażjoni Russa fl-Ukrajina u l-annessjoni sfurzata ta’ reġjuni Ukreni mar-Russja u jappoġġja l-pożizzjoni li qed tieħu l-UE flimkien mas-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja.
Il-PN jikkudanna l-ħtif ta’ 20,000 tifel u tifla Ukreni li kienu deporati lejn ir-Russja. It-truppi Russi għandhom jirtiraw mill-Ukrajina u min wettaq reati tal-gwerra għandu jħallas għalihom. Il-PN jmmen li għandhom jibdew negozjati biex l-Ukrajina ssir membru fl-UE.
Dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, Beppe Fenech Adami qal li dak li seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2023 kien attakk terroristiku fuq il-poplu ta’ Iżrael mill-militanti tal-Ħamas. Dan hu kundannabbli bla riżerva.
Beppe Fenech Adami kompla li t-terroristi tal-Ħamas m’humiex il-Palestinjani u l-Palestinjani m’humiex il-Ħamas. Dak li wettqu l-Ħamas jagħmel ħsara lill-kawża Palestinjana. Bl-istess mod li l-PN jikkundanna l-qtil ta’ Iżraeljani mill-Ħamas, daqshekk ieħor jikkundanna l-qtil indiskriminat ta’ Palestinjani innoċenti.
Din hi traġedja oħra ta’ Palestinjani jinqatlu; fejn hu kalkulat li s’issa nqaltu iktar minn 4,000 tifel u tifla. Il-punizzjoni kollettiva mhix aċċettabbli u mhix is-soluzzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din il-politika ma twassal imkien. Hu appella biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata f’mod effettiv u biex jinħelsu l-ostaġġi kollha Iżraeljani maqbuda f’Gaza.
Hu appella wkoll biex ma jinqatlux iktar tfal innoċenti minn Iżrael u biex Iżrael jiddefendi lin-nies tiegħu f’osservanza tal-liġijiet indirizzati.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex jieqfu l-bumbardamenti u biex in-nies innoċenti jkollhom il-bżonnijiet bażiċi tagħhom anki fl-isptarijiet. Għandhom ikunu kreati iktar kurituri ta’ sigurtà u jkun hemm waqfien mill-ġlied. Il-PN jibqa’ favur il-ħolqien ta’ stat Palestinjan u stat ta’ Iżrael.
Beppe Fenech Adami sellem lill-FAM li qed jaħdmu fil-Lebanon f’missjoni biex il-paċi u s-sigurtà jkunu salvagwardjati. Hu qal li Malta m’għandhiex tittraduċi n-newtralità f’indifferenza għal dak li qed iseħħ u m’għandhiex iżżomm lil-pajjiż milli jieħu pożizzjoni kontra dak li hu ħażin.
Hu qal li l-2024 timmarka l-20 sena mis-sħubija fl-UE; avveniment ma kienx rikonoxxut mill-gvern. 20 sena ilu Malta kellha gvern Nazzjonalista fejn il-PN kien talab lill-poplu Malti biex jagħżel dwar jekk iridx li jissieħeb fl-UE.
Il-PL ikkampanja bl-aħrax biex Malta ma tisseħibx fl-UE u kien qal lill-poplu li aħjar li l-pajjiż isir Żvizzera fil-Mediterran. Lill-poplu kienu qalulu li kien makku u li kien se jinbela mill-baleni; il-poplu iżda għażel li jissieħeb fl-UE.
Il-fatti huma li l-gvern llum jista’ jagħmel budget għaliex dan hu finanzjat mill-UE, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-proġetti li l-gvern jiftaħar bihom, qed isiru b’fondi mill-UE.
Beppe Fenech Adami appella lill-gvern biex jirrikonoxxi li kien żbaljat li appella lill-polu biex ikun kontra l-UE. Is-sena d-dieħla l-gvern għandu fakkar l-20 sena mis-sħubija fl-UE, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PN jibqa’ jemmen fl-Ewropa demokratika u b’qalb soċjali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-2024 il-poplu Mati għandu jmur jivvota fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew; appell partikolarment lill-20,000 li se jivvutaw għall-ewwel darba biex imorru jivvutaw. Dawn għandhom jabbraċċaw il-ħolma Ewropea u l-aspirazzjonijiet Ewropew.
Beppe Fenech Adami sellem lil Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, u qal li minkejja l-attakki ta’ Robert Abela, Roberta Metsola se tkompli taħdem u tagħmel lill-poplu kburi.
Hu sellem ukoll lill-MEP David Casa li kontinwament jiddefendi s-saltna tad-dritt kontra l-klikka korrotta li ħakmet lil Malta. Beppe Fenech Adami sellem ukoll lill-MEPs Laburisti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-prim ministru ipprova jieħu vantaġġ partiġġjan mis-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani propju għaliex hu prim ministru insensittiv. Dan hu kundaannabbli.
Hu semma’ l-każ tal-isptarijiet u qal li l-Ministru Ian Borg ivvota fil-parlament biex jinsterqu l-miljuni u ivvota favur Konrad Mizzi, Joseph Muscat u Keith Schembri. Dan il-każ għamel ħsara kbira lir-reputazzjoni ta’ Malta, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li ħafna diplomatiċi Maltin qed iħossu l-karriera tagħhom imblukkata.
Il-gvern qed jaħtar ambaxxaturi minn barra l-korp diplomatiku; dan mhux sew għaliex din qed issir in-norma biex jinqdew dawk viċin il-gvern. Hu appella biex tinħoloq struttura serja biex il-membri fil-korp diplomatiku jkunu jfu meta se jinfetħu opportunitajiet għalihom.