Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ikkundanna fil-parlament dak li seħħ fil-Mosta llum fejn il-pulizija wżat il-forza fuq nies li kienu qed jagħmlu protesta paċifika biex ikunu salvati numru ta’ siġar li se jitqattċtu.
Beppe Fenech Adami qal li dan mhux aċċettabbli f’demokrazija. Illum hawn sitwazzjoni fejn il-pulizija tarresta persuni li kienu qed jipprotestaw biex ikunu salvati siġar fil-Pjazza Mosta, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-pulizija marru jarrestaw lil dawn l-attivisti iżda sal-lum il-pulizija jirrifjutaw milli jieħdu passi u jarrestaw lill-kriminali.
Din hi tal-mistħija; li tintuża l-forza biex jitneħħew persuni li qed jagħmlu protesta paċifika biex isalvaw l-ambjent fil-Mosta, sostan d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din hi verament sitwazzjoni kundannabbli.