Bħalissa għaddejja ħidma ma taqta’ xejn minn ħaddiema ta’ salvataġġ fl-Indja wara li mina ċediet b’riżultat li għalqet l-aċċess għal madwar 40 ħaddiem.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu, ħin lokali fl-istat ta’ Uttarakhand, Tramuntana tal-Indja, meta kawża ta’ valanga, parti mill-mina ċediet kompletament, bil-ħaddiema jissakkru fuq ġewwa.
Fortunatament, l-uffiċjali rnexxilhom jagħmlu kuntatt mal-ħaddiema permezz ta’ walkie-talkies u saħansitra qed jipprovdulhom ikel, ilma u ossiġnu sakemm jirnexxilhom jidħlu ħdejhom u eventwalment joħorġuhom ‘il barra. Ir-riżorsi qed jingħataw permezz ta’ pipeline li kien qed jintuża’ matul ix-xogħolijiet.
Sabiex jaslu sa ħdejhom, il-ħaddiema ta’ salvataġġ iridu jħaffru għal diversi metri qalbi d-debris. Il-ħaddiema maqbudin fuq ġewwa jinsabu kollha f’saħħithom.
Ix-xogħol fuq il-mina kien qed isir bħala parti minn proġett tat-triq fuq ordni tal-gvern.
//= $special ?>