Ir-Russja bdiet l-ewwel fażi tal-offensiva tax-xitwa fl-Ukrajna u fi żmien partikularment delikat għall-Ukreni peress li l-għajnuna kontinwa mill-Istati Uniti qed tkun suġġetta għal dibattitu sinifikanti fid-dawl tas-sitwazzjoni. Dan meta r-Repubblikani fil-Kungress ta’ Washington ma jistgħux jaqblu dwar jekk japprovawx aktar għajnuna lill-Gvern tal-President Ukren Volodymyr Zelensky.
L-istess Zelensky għamilha ċara li l-qawwiet Ukreni qed iħejju għal aktar battalji ħorox u fit-tul mal-Armata Russa li invadiet lil pajjiżu fi Frar tal-2022. Hu sostna li l-qawwiet tiegħu se jagħmlu minn kollox biex iwaqqfu l-attakki tar-Russi u li l-poplu Ukren se jkompli jirreżisti lill-għadu waqt ix-xitwa qalila.
Ir-Russja, issa, żiedet l-attakki fl-Ukrajna tal-Lvant bil-ħsieb li s-suldati tagħha javviċinaw żewġ fronti tal-gwerra ewlenin – u fost ġlied qalil fil-limiti ta’ Bakhmut, fir-reġjun ta’ Donbas.
Komplew anki l-attakki fuq Aavdivka, bir-Russi jippruvaw jiksbu lura l-art li tilfu lill-Ukreni xhur ilu u bl-Ukreni bħalissa, qed jikkontrollaw mewġa wara mewġa ta’ attakki fost it-telf ta’ ħajja enormi.
//= $special ?>