Fi Stqarrija Repubblika qalet li qed tikkundanna l-imġieba tat-tmexxija tal-pulizija fil-konfront ta’ Andrè Callus u l-persuni li kienu qed jipprotestaw kontra t-tneħħija ta’ siġar fil-pjazza tal-Mosta.
Hija tal-mistħija li t-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija ssib ħin u l-mezzi biex tieħu passi kontra min ikun qed jesprimi l-veduti tiegħu biex ikun imħares il-ġid komuni waqt li tibqa’ ċassa, jew saħansitra ddawwar wiċċha n-naħa l-oħra, quddiem il-korruzzjoni, l-abbuż ta’ min hu b’saħħtu u s-serq tal-ġid tal-poplu.
Aħna nqisu li l-użu tas-saħħa ma’ min hu żgħir u s-skiet quddiem min hu b’saħħtu bħala aġir tal-bullies.
Pajjiżna jixraqlu li l-Pulizija taġixxi kontra l-kriminali kbar bil-ġlekk, bl-ingravata u bil-bagalja minflok joqgħodu jiġru kontra ż-żgħir.
//= $special ?>