Aktar suċċessi fit-Taekwondo mis-selezzjoni tal-Malta Taekwondo Association li pparteċipat fl-Open tal-Iżvezja.
Fl-azzjoni erba’ atleti li kollha kellhom wirjiet mill-aqwa kontra avversarji kwotati. Fil-kategorija cadet 41 kg, midalja tal-bronż għal Michela Scerri li tilfet kontra Minji Kim tal-Korea.
Fil-kategorija 49 kg, wirja mill-aqwa minn Nathan Degiorgio li wara li għeleb lil Charlie Nilsson tal-Iżvezja 2-0, għeleb fis-semi finali lil Emilijus Sconcelis tal-Litwanja 2-1 . Degiorgio kiseb il-midalja tal-fidda wara li safa’ megħlub minn Lars Lucas tal-Ġermanja.
Midalja tad-deheb għal Alycia Cassar li fil-kategorija 55 kg wara li għelbet lil Emilia Przetocki tal-Istati Uniti fis-semi finali għelbet ukoll lil Anna Gruber tal-Italja. Fil-finali Cassar għelbet lil Sooyeon Park tal-Korea.
Għal Malta kkompeta wkoll Mamadou Balde li jgħamel parti mit-tim ta’ refuġjati li fil-kategorija 80 kg fejn ħa sehem ukoll ic-champion Olimpiku Simone Alessio tal-Italja. Fi grupp ta’ tmienja Balde ltaqa’ kontra Alejandro Gonzalez tal-Paragwaj fejn minkejja wirja pożittiva tilef 2-0.
Il-kontinġent Malti kien immexxi mill-kowċ nazzjonali Ditmir Vodinaj flimkien ma’ Anna Vassallo u Joanna Scicluna President u Segretarju Ġenerali tal-Malta Taekwondo Association.
