Skwadra ta’ 21 plejer ta’ taħt il-15-il sena ta’ Tarxien Rainbows Football Academy fil-jiem li għaddew kienu f’Bergamo, l-Italja fejn minbarra li żaru bosta postijiet fir-reġjun ta’ Lombardija, lagħbu tliet partiti ta’ ħbiberija.
Fl-ewwel partita, li kienet l-ewwel esperjenza għal dawn iż-żgħażagħ barra minn xtutna, huma spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra ASD Oratorio Urgnanese Calcio biex imbagħad fit-tieni logħba kisbu rebħa tajba ta’ 3-1 kontra Atletico Castegnato, tim minn Brescia.
Fl-aħħar konfront, Tarxien lagħbu kontra Cimiano fejn sofrew telfa ta’ 3-1 iżda għal darb’oħra kellhom wirja mill-aqwa kontra tim tajjeb mill-akkademja ta’ AC Milan.
Barra minn hekk dawn iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità jsegwu l-partita bejn Inter u Frosinone f’San Siro.
