Walter Mazzarri ġie maħtur kowċ ta’ Napoli sa tmiem l-istaġun wara li tkeċċa l-kowċ Rudi Garcia li kien ilu biss fil-kariga ħames xhur wara li ħa t-tmexxija tat-tim mingħand Luciano Spalletti li wassal lil Napoli għar-rebħ tal-ewwel kampjonat sa mill-1990.
Għal Mazzari din se tkun it-tieni esperjenza tiegħu bħala kowċ ta’ Napoli hekk kif diġa mexxa lill-klabb bejn l-2009 u l-2013 qabel ma ssieħeb ma’ Inter. F’dak il-perjodu rebaħ il-Coppa Italia fis-sena 2012, fejn jibqa’ mfakkar għall-iskwadra li kellu fl-istaġun ta’ wara b’bosta plejers ta’ livell bħal Edinson Cavani, Ezequiel Lavezzi u Marek Hamsik
Napoli jinsabu fir-raba’ post tas-Serie A, 10 punti taħt il-leaders Inter. Nhar il-Ħadd li għadda huma sofrew telfa mhux mistennija ta’ 1-0 f’darhom kontra Empoli.
//= $special ?>