Raġel ta’ 32 sena residenti Raħal Ġdid u ieħor ta’ 43 sena residenti l-Imqabba, ġew arrestati u qegħdin jassistu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-isparatura li seħħet fil-Gżira fit-3 ta’ Novembru.
Il-każ seħħ meta raġel kien involut f’argument maż-żewġt irġiel fi stabbiliment tax-xorb li jinsab fi Triq ix-Xatt. L-argument tkompla fuq barra tal-ħanut u kien hawn li allegatament wieħed miż-żewġt irġiel spara arma tan-nar fid-direzzjoni tal-vittma, bl-aggressur u r-raġel l-ieħor li kien miegħu ħarbu mill-post.
Wara investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija, iż-żewġt irġiel ġew identifikati u għaldaqstant kompliet it-tfittxija għalihom. Ilbieraħ waranofsinhar, il-Pulizija kellha informazzjoni fejn setgħu kienu, segwewhom, sakemm għall-ħabta tas-7 pm ġew iċċirkondati f’Birkirkara.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Iktar dettalji dwar il-każ:
//= $special ?>