Fil-ġranet li għaddew fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin l-Assocjazzjoni Maltija tal-Hockey organizzat l-ewwel kors għall-Umpires Maltin fejn il-kelliem ewlieni kien Mark Jarvis.
Jarvis imexxi s-settur tal-umpires fl-Ingilterra li hu responsabbli mill-iżvilupp ta’ dan is-settur.
Ħmistax-il persuna ħadu sehem f’dan il-kors li kien jinkludi r-regoli bażiċi tal-logħba, il-personalità li għandu jkollu l-umpire, l-importanza tal-preparazzjoni qabel il-logħba u l-ħiliet assoċjati mal-kontroll ta’ partita hockey.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey qed torganizza dawn is-serje ta’ korsijiet sabiex tkompli tħeġġeġ aktar nies midħla fil-hockey sabiex jaqbdu l-karriera ta’ umpire.
Dan ikompli wkoll ma’ sensiela ta’ korsijiet oħra li qed ikunu organizzati fosthom fil-coaching.
//= $special ?>