Fit-13 u l-14 ta’ Novembru saret iċ-ċelebrazzjoni tal-gradwazzjoni għall-istudenti tal-Universita ta’ Malta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lill-gradwati biex qatt ma jfittxu qligħ a skapitu tad-dinjità tagħhom jew ta’ ħaddieħor, waqt li awguralhom li jkunu ta’ servizz għall-pajjiż billi jħaddmu l-intelliġenza tagħhom “bi spirtu kritiku, li jagħżel it-tajjeb mill-ħażin”.
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, fil-quddiesa li ċċelebra fit-13 ta’ Novembru, fakkar lill-gradwati kemm jiswew il-valuri umani sodi. Hu saħaq li dawn il-valuri għandhom “jgħinuna ma nkunux kompliċi fil-qerq, fil-korruzzjoni, u f’dak kollu li jnawwar is-soċjetà; imma fl-istess waqt jgħinuna biex naħdmu ħalli nagħtu sehemna għal soċjetà ġusta li tirrispetta l-ħajja u d-dinjità tal-bniedem.
Fakkar ukoll kif ma nistgħux ninsew kif bħalissa hemm ħafna studenti li minħabba l-qerda tal-gwerer ma jistgħux ikomplu bl-istudji tagħhom.
Il-gradwazzjonijiet issa jissoktaw b’diversi cerimonji, li jsiru kemm fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt u anke fl-Universita innifisha.
//= $special ?>