Il-Gvern tal-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-qawwiet tal-Ukrajna rnexxielhom jikkonsolidaw pożizzjonijiet ġodda max-xatt tax-Xmara Dnipro fost avvanzi sinifikanti għall-militar li ilhom mill-bidu tal-2022 jiġġieldu kontra l-Armata Russa li invadiet pajjiżhom.
Andriy Yermak, bħala l-Kap tal-Istaff ta’ Zelensky, tkellem dwar il-kisbiet militari waqt li kelliema fir-Russja ammettew li l-Ukreni kienu qed isaħħu l-preżenza tagħhom f’villaġġ taz-zona.
Ir-Russja, fl-istess ħin, enfasizzat li l-qawwiet tagħha kienu qed jaħsbu biex ‘jeliminaw dalwaqt’ lis-suldati tal-għadu f’dawk l-inħawi.
Intant, il-kisbiet għall-Ukreni saru possibbli wara li r-Russi rtiraw minn zona lejn il-lvant tal-Ukrajna – u bit-truppi ta’ Zelensky qed jittamaw li jkomplu jieħdu l-artijiet taz-zona li għadhom ikkontrollati mis-suldati tal-Kremlin.
L-esperti bażati fl-Istati Uniti qalu wkoll li l-militar Ukren kien infiltra l-villaġġ ta’ Krynky li jinsab ftit għexieren ‘il bogħod mill-belt ta’ Kherson.
Iżda r-Russi qed jgħidu li l-qawwiet Ukreni, issa, ‘ma jistgħux joħorġu minn Krynky’ u li huma qed iħallsu prezz għoli f’ħajja mitlufa għal kull avvanz li qed jagħmlu.
//= $special ?>