Daħlet fit-tielet jum tagħha is-saga tas-siġar illi tqaċċtu mill-qalba tal-Mosta. Dan hekk kif grupp ta’ attivisti flimkien mal-Moviment Graffitti qattgħu lejl sħiħ fiż-żona fejn hemm is-siġar tal-fikus.


Zona li kienet mimlija ħajja bi 12-il siġra ta’ fikus issa propju spiċċat xena tal-qsim il-qalb hekk kif is-siġar li kienu jipprovdu kenn mill-qilla tax-xemx spiċċaw sempliċiment zkuk bl-għeruq qalb it-tifrik tal-konkos.
Għaldaqstant, l-attivisti jinsabu mimlija determinazzjoni sabiex bl-ebda mod ma’ jinqalgħu dawn is-siġar li kienu parti mill-karatteristiċi ta’ din il-lokalità.
Fuq il-midja soċjali kompliet tispikka r-rabja tal-Mostin kif ukoll ta’ diversi nies li sostnew li l-awtoritajiet qed jeqirdu lil pajjiż għaliex minflok qed iżidu s-siġar qed ikomplu jagħtu improtanza lil konkos. Dan apparti li wħud ma jistgħux jifhmu għalfejn dawn is-siġar se jitneħħew.
