Hekk kif dalgħodu, is-Sindku Laburista tal-Mosta Chris Grech ħabbar li kien qed iċedi għall-pressjoni li saret mill-Partit Nazzjonalista, minn residenti Mostin u minn għaqdiet oħrajn, fejn kollox qed jindika li s-siġar tal-Pjazza ġew salvati.
Hu fatt li ż-żjara li saret ilbieraħ mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kif ukoll it-talba unanima tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista, li talbu għal laqgha urġenti, ħalliet il-frott mixtieq.
Il-Partit Nazzjonalista jassigura lil kulhadd li se jibqa’ jaħdem għall-aħjar interess tal-lokalità u r-residenti Mostin, kif ukoll li se jibqa’ jisma’ l-ilmenti, is-suġġerimenti u l-aspirazzjonijiet tagħhom biex verament titwettaq politika ta’ servizz.
Din l-istqarrija kienet maħruġa mill-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Mosta Keith Cassar kif ukoll mill-Kunsillieri u Kandidati tal-Partit Nazzjonalista Francis Deguara, Joseph Gatt, Angele Rapa, Aiken Zerafa, Jesmond Gauci, Michaela Ann Bayliss, Thomas DeMartino, Sylvana Demicoli, Garrett Andrew Zammit.
//= $special ?>