Lokali

Is-CRPD b’ittra lill-President tal-Union tal-Għalliema

F’ittra mibgħuta mis-CRPD lill-President tal-Malta Union of Teachers, Rhoda Garland esprimit il-ħsibjiet tagħha u tal-Kummissjoni dwar l-effett tad-direttivi fuq studenti bl-għajnuna edukativa.

Hi saħqet kif dawn l-istudenti huma fost l-aktar membri vulnerabbli tal-korp studentesk tal-gżejjer tagħna.

Meta jintuża fir-rigward ta’ dawn l-istudenti, il-ktieb tal-komunikazzjoni mhuwiex biss għodda
li jwasslu għall-iżvilupp edukattiv tagħhom iżda għodda essenzjali li twassal għas-saħħa ġenerali tagħhom u l-benesseri.

Filwaqt li tirrikonoxxi u tappoġġja l-qagħda leġittima tal-edukaturi biex jiksbu finanzjament aħjar;
pakkett li żgur iwassalhom biex jaqdu aħjar ir-rwol essenzjali tagħhom fis-soċjetà tagħna.