Lokali

Iweġġà gravi wara li ttajjar minn karozza fl-Imġarr

Uffiċjal ta’ Transport Malta li għandu 35 sena weġġà gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.

L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-8:15.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-Uffiċjal li huwa residenti Ħad Dingli intlaqat minn karozza misjuqa minn Taljana ta’ 60 sena residenti s-Swieqi.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.