Lokali

L-NGO HopeXchange reġgħet tellgħet grupp ta’ żgħażagħ Maltin biex jgħinu f’proġett fil-Ghana

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-għaqda mhux governattiva HopeXchange, tellgħet magħha grupp ta’ għaxar żgħażagħ Maltin biex jaraw b’għajnejhom il-frott tad-donazzjonijiet li jingħataw lil din l-għaqda, kif ukoll ixammru l-kmiem u jgħinu huma stess fil-proġetti tagħha, f’Kumasi, il-Ghana.

Dawn il-proġetti jinkludu sptar u skola fir-reġjun ta’ Ashanti. Dan il-grupp, li kien iffurmat minn numru ta’ personalitajiet Maltin u Ghawdxin, li bħalissa jinsab fil-Ghana, qassam ‘il fuq minn mitt kilo ta’ bżonnijiet li l-istudenti ta’ kuljum jiġu bżonn għall-edukazzjoni tagħhom.

Dawn id-donazzjonijiet ingħataw lill-grupp Malti minn familji Maltin u Għawdxin. HopeXchange twaqqfet mill-koppja Mario u Anna Cappello numru ta’ snin ilu. Din il-koppja, llum tmexxi l-isptar u l-iskola Maltin fil-Ghana.

Flimkien mal-grupp li mar il-Ghana kien hemm Nicholas Baldacchino li huwa l-persuna inkarigat mill-gbir tal-fond ghal HopeXchange