Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li m’hemmx inkoraġġiment biex iż-żgħażagħ jidħlu fl-agrikoltura u fis-sajd.
Ivan Castillo qal li l-ħaddiema jaħdmu fis-settur agrikolu u tas-sajd jiffaċċjaw ħafna nuqqasijiet. Hu kompla li minkejja l-investimenti li s-sajjeida qed jagħmlu, dawn m’għandhomx il-faċilitajiet neċessarji fosthom postijiet fejn jitpoġġew il-bastimenti ta’ iktar minn 12-il metru fil-maltemp.
Suppost li fil-marina ta’ Għawdex kien hemm 90 post għas-sajjieda iżda dawn mhux kollha qed jingħataw lis-sajjieda. Is-sajjieda naqsu b’mod esaġerat fejn jirriżulta minn total ta’ 2,080 persuna jaħdmu f’dan is-settur, fl-2021 naqsu għal 1,540.
Hu qal li r-raħħala qed isibu diffikultajiet kbar biex jibdew jaħdmu fis-settur għax hemm burokrazija kbira. Dan meta l-proġetti mressqa minnhom huma meħtieġa għall-pajjiż. Hawn problema kbira ta’ nuqqas ta’ persuni li jridu jaħdmu fl-agrikoltura.
Id-deputat Nazzjonalista qal li problema oħra hi li bejjiegħa bl-imnut ftitjixtru mingħand il-bdiewa Maltin minħabba li s-settur ikun irid prodotti ta’ ċertu daqs u kwalità. Fil-pajjiż m’hawnx impjant li jipproċessa biex il-prodott ikun aħjar u ma jidhrix li hemm pjan li dan isir.
Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm problema kbira oħra minħabba li l-ġenerazzjoniji futura mhix qed tkun inkoraġġita tidħol f’dan is-settur.