Sport Waterpolo

Sliema jilħqu lil San Ġiljan fil-quċċata tal-Enemed Cup

SLIEMA FRANK SALT………….. 17

MARSASKALA ESC……………… 10

(3-3), (5-1), (5-1), (4-5)

Sliema Frank Salt ingħaqdu ma’ San Ġiljan JP Projects bħala l-uniċi żewġ timijiet b’punti massimi fl-Enemed Cup wara tliet logħbiet. Is-Slimiżi ftit sabu tbatija biex għelbu lil Marsaskala f’logħba li kkontrollaw. F’din il-partita għamlet id-debutt bħala referee fil-waterpolo tal-irġiel Juana Cauchi.

Doppjetta kmieni ta’ Benji Cachia poġġiet lil Sliema minn fuq sakemm Marsaskala rnexxielhom idawru r-riżultat favurihom permezz ta’ Gerald Sammut u doppjetta ta’ Mark Carani.

Fit-tieni sessjoni, Sliema reġgħu ħadu l-vantaġġ u tliet gowls fit-tieni parti tass-sessjoni tawhom vantaġġ ta’ 8-4. It-tim ta’ Giannis Katrouzanakis żamm l-istess ritmu u aċċerta mit-tliet punti fit-tielet sessjoni. Il-ħames gowls waslu kollha minn ħames plejers differenti.

Il-kowċ Grieg, fit-tieni partita tiegħu fit-tmexxija, sab il-ħin fl-aħħar sessjoni biex juża fost l-aktar plejers żgħażagħ fit-tim. Marsaskala ħadu vantaġġ u rnexxielhom jirbħu l-aħħar sessjoni biex għamlu l-iskor ftit rispettabbli.

Sliema: Z. Dzanovic, J. Schembri Young, L. Galea (1), D. Rizzo (1), J. Cassar (2), B. Cachia (3), P. Tabone (1), S. Engerer (2), J. Brownrigg (1), J. Chircop (1), T. Fenech (1), D. Zammit (2), J. Sciberras (1), T. Camilleri (1)

Marsaskala: A. Muscat, G. Bonavia, G. Galea, M. Agius, J. Colombo, E. Bilgrin, K. Navarro, M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut (2), J. Ciantar (3), M. Carani (5), M. Borg, L. Montebello Brownrigg

Referees: Massimo Angileri, Juana Cauchi

Kif Jinsabu

                   L       R       D       T       F       K       Pti

San Ġiljan   3        3        0        0        52      19      9

Sliema         3        3        0        0        42      25      9

Neptunes     3        2        0        1        25      15      6

Sirens          3        2        0        1        31      29      6

Valletta        3        2        0        1        23      38      6

Marsaskala  3        0        0        3        31      46      0

Birżebbuġa  3        0        0        3        15      31      0

Exiles          3        0        0        3        24      40      0

Logħob li jmiss

Is-Sibt 18 ta’ Novembru: Sliema v Birżebbuġa 2.30pm, San Ġiljan v Neptunes 3.40pm, Exiles v Marsaskala 4.50pm, Valletta v Sirens 6.00pm