Jannik Sinner tal-Italja kiseb l-ewwel rebħa tiegħu kontra Novak Djokovic hekk kif għeleb lin-numru wieħed fid-dinja fil-Finali tal-ATP f’Turin.
Sinner, li għad għandu 22 sena, rebaħ tie-break tat-tielet set biex assigura l-partita prinċipali tal-grupp fi tliet sigħat u disa’ minuti. Kien Sinner li rebaħ l-ewwel set 7-5 sabiex bi Djokovic iwettaq reazzjoni rebaħ it-tieni set 7-6 . Madankollu f’dak deciżiv bil-punteġġ jinbidel minn ħin għall-iehor kien Sinner li rebaħ 7-6 b’tie break.
F’Turin kienet l-ewwel telfa ta’ Novak Djokovic mill-finali ta’ Wimbledon f’Lulju.
Aktar qabel, Stefanos Tsitsipas irtira mill-kompetizzjoni u mill-partita kontra Holger Rune tad-Danimarka minħabba li kien imweġġa. Jannik Sinner, li se jilgħab kontra Rune fit-tielet partita tiegħu, quddiem il-folla tiegħu temm is-serje ta’ 19-il partita mingħajr telfa ta’ Djokovic, madankollu, Djokovic, 24 darba rebbieħ tal-Grand Slam għad jista’ jikkwalifika għas-semifinali jekk jegħleb lid-disa’ seed Hubert Hurkacz tal-Polonja, is-sostitut ta’ Tsitsipas.
//= $special ?>