Kunsilli Lokali Lokali

U-turn mill-Kunsill Laburista tal-Mosta: “Is-siġar tal-pjazza se jibqgħu hemm”

Permezz ta’ komunikat li għamel fuq il-media soċjali, is-Sindku tal-Mosta Chris Grech ħabbar u-turn fuq id-deċiżjoni li jitneħħew is-siġar tal-pjazza. Bis-Sindku Laburista jgħid li issa s-siġar “se jibqgħu hemm”.

Din qed titqies bħala rebħa importanti għall-attivisti, speċjalment mill-Moviment Graffitti.

Id-deċiżjoni qed tasal wara l-pressjoni li għamel ilbieraħ Bernard Grech. Bil-Kap tal-PN jgħid li wara din il-u-turn “rebaħ is-sens komun”.

Fuq Facebook, is-Sindku qal li m’għandu ebda diffikultà li jikkunsidra x-xewqat tan-nies jekk kemm-il darba dawn is-siġar tal-ficus ikunu jistgħu jiġu nkorporati fil-proġett – xi ħaġa li żgur tista’ issir, minħabba l-fatt li l-periti, oriġinarjament, ma riedux li s-siġar jitneħħew.

Is-Sindku tal-Labour uża wkoll il-messaġġ tiegħu biex idaħħal il-partiġjaniżmu anke f’din is-saga; għaliex prova jimplika li din id-deċiżjoni li jitħallew is-siġar tal-pjazza kienet deċiżjoni tal-kunsillieri tal-Partit Laburista. Dan meta l-fatti juru li kien il-Kunsill Laburista stess li ried ineħħiehom, minkejja li skont il-pjanti kellhom jinżammu bħala parti mill-proġett tal-pjazza.