Il-kampjonat ewlieni tal-Ingilterra magħruf bħala l-Premier League bħalissa għaddej minn bidliet drastiċi fuq kif qed jixxandru l-partiti fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni.
Dawn il-bidliet bdew mill-ġimgħa l-oħra, hekk kif għall-ewwel darba, fil-partita bejn Tottenham Hotspur u Wolves, plejer minn kull tim lagħab il-partita b’kamera fuq sidru, sabiex ikun jista’ jagħti esperjenza iktar reali tal-logħba lil dawk il-partiatrji li jkunu qed isegwu mid-dar.
Din l-aħbar tasal wara li l-Premier League rnexxielu jilħaq ftehim mal-kumpanija mill-Iżrael MindFly biex jipproduċu tagħmir li jħalli l-plejers jilagħbu b’kamera.
MindFly ħolqu kamera li għanda tkun ħafifa biżżejed sabiex ma ttellifx il-plejer, filwaqt li turi bl-aħjar mod il-partita lill-partitarji.
Din l-innovazzjoni tasal wara l-ewwel prova fis-sajf meta Youri Tielemans u Bruno Guimaraes lagħbu b’dawn il-kameras f’partita ta’ ħbiberija bejn Aston Villa u Newcastle United.
//= $special ?>