Diversi skejjel Maltin ġew premjati għall-kontribut tagħhom favur l-ambjent wara t-tlestija ta’ programm edukattiv li jsir ta’ kull sena.
Dan il-programm edukattiv bl-isem ‘Dinja Waħda’ jitmexxa minn BirdLife Malta bil-għan li t-tfal jitgħallmu dwar l-importanza tal-ambjent f’pajjiżna, u l-importanza li minflok neqirduh, nieħdu ħsiebu.
Il-Field Teacher fid-Direttorat tal-Edukazzjoni Desiree Falzon qalet li dan il-programm ma jinkludix biss tagħlim teoretiku iżda wkoll tagħlim prattiku.
Il-programm ippremja kemm tfal tal-kindergarten, tal-primarja u anke dawk tas-sekondarja. Dan filwaqt illi dawk li fl-aħħar tliet snin ipparteċipaw f’Dinja Waħda….ġew ippremjati għal dan il-kontribut kontinwu.



