Internazzjonali Kurżitajiet

Ċapċip joħnoq il-kompetizzjoni ta’ Miss Universe mal-mument li mudella plus-size toħroġ fuq il-palk

Din hi l-ewwel darba li mudella plus-size qed tirrapreżenta lil xi pajjiż waqt Miss Universe

Jane Dipika Garrett ġibdet l-attenzjoni tal-udjenza li kienu preżenti f’El Salvador waqt Miss Universe 2023. Dan hekk kif il-mudella hi l-ewwel waħda li qatt xi ħadd plus-size rrapreżenta lil xi pajjiż waqt din il-kompetizzjoni.

Illum, il-mudella ta’ 23 sena li qed tirrapreżenta n-Nepal, ipparteċipat waqt il-fażi tal-preliminari fejn mal-mument li ħarġet liebsa malja, l-udjenza nfexxu f’ċapċipa waħda. Hi ma ġibditx biss l-attenzjoni tal-udjenza preżenti iżda anke spiċċat trending fuq ‘X’ tant li isimha deher f’iktar minn 12,000 post.

Dipika Garrett qed tkun meqjusa bħala ta’ ispirazzjoni għal ħafna li ma jħossuhomx komdi f’ġisimhom stess. Dan hekk kif hi mmudellat kburija sa fejn s’issa diġa’ irnexxilha tasal.

Meta kienet mistoqsija dwar il-parteċipazzjoni tagħha, Dipika Garrett kienet qalet li qabel kienet b’self-esteem baxx iżda llum il-ġurnata tħobb lilha nnifisha kif inhi.

Is-Sibt filgħaxija, ħin lokali, se tkun qed issir il-finali ta’ Miss Universe fejn se tkun qed tiġi ppremjata waħda mill-mudelli li qed jirrapreżentaw lil pajjiżi minn madwar id-dinja kollha.

https://www.facebook.com/watch?v=1081986206142292