Lokali

Caritas Malta, b’maratona ta’ mħabba bit-tema: Jimpurtani

Caritas Malta tinsab fl-aħħar tal-preparamenti fl-organizzazzjoni ta’ maratona ġbir ta’ fondi li se ssir nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru 2023 bejn il-11 ta’ filgħodu u l-11 ta’ filgħaxija.

Maratona ta’ mħabba, dis-sena bit-tema Jimpurtani, se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha fejn minbarra skop ta’ ġbir ta’ fondi, Caritas Malta tkun qed twassal stejjer ta’ suċċess ta’ persuni li resqu għall-għajnuna għad-diversi servizzi li toffri din l-organizzazzjoni.

Se jispikkaw stejjer ta’ familji li reġgħu kisbu lil uliedhom lura wara li jgħaddu mill-ġerħa tad-droga u permezz ta’ programmi residenzjali ta’ riabilitazzjoni jerġgħu jiksbu d-dinjità lura tagħhom, stejjer ta’ persuni li għaddew minn telfa ta’ xi għeżież tagħhom, persuni li qed jgħaddu minn problemi emozzjonali u psikoloġiċi li sabu faraġ u spalla ta’ sapport minn terapisti u professjonisti ta’ Caritas.

Minbarra li se jsiru appelli għall-għajnuna finanzjajra biex din l-organizzazzjoni tkompli tevolvi bis-servizzi tagħha, se tkun ukoll qed tagħti sapport lil min qed isegwi l-maratona u għaddej minn xi sitwazzjoni iebsa fil-ħajja tiegħu. Dan se jkun jista’ jagħmel l-ewwel pass billi jċempel dak il-ħin stess u jitkellem ma’ persuni esperti fil-qasam.

Is-servizzi ta’ Caritas Malta huma kollha bla ħlas u l-appell huwa biex min isegwi jkun ġeneruż billi jagħti donazzjoni fuq wieħed minn dawn in-numri:

Is-servizzi ta’ Caritas Malta huma kollha bla ħlas u l-appell huwa biex min isegwi jkun ġeneruż billi jagħti donazzjoni fuq wieħed minn dawn in-numri:

51802032 – €25
5190 2089 – €50
BOV Mobile: 79011655

PayPal jew debit/credit card: https://www.paypal.com/donate…
Metodi oħra: https://www.caritasmalta.org/donate