Suċċess għall-boxer Cleavin Falzon, li huwa ġellieda tal-MMA Boxing, hekk kif fil-ġlieda taċ-Centurion FC, li f’dan l-avveniment kien l-uniku Malti, u li saret l-Erbgħa fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, huwa għeleb lit-Taljan Damiano Calicchia.
Fl-ewwel round, fil-ġlieda li kienet għall-kategorija tal-85kg u li kienet minn tliet rounds ta’ 5 minuti l-wieħed, l-avversarju ta’ Falzon ħareġ b’saħħtu u saħansitra kien jinsab minn fuq sakemm il-Malti sab siequ u fit-tieni round rebaħ b’TKO biex eventwalment baqa’ għaddej bil-forma stupenda tiegħu u rebaħ il-15-il-rebħa tiegħu minn 16-il ġlieda.
Wara dan is-suċċess il-Malta Boxing Association ħabbret li kienet għaddejjha b’diskussjonijiet biex Cleavin Falzon isir membru tal-assoċjazzjoni u jibda kapitlu ġdid fil-Boxing professjonali.
//= $special ?>