Sport Sport Ieħor

Golf: Suċċess għal Tore Lindtveit u Laya Cristina fl-MGA Shield

Tore Lindtveit u Laya Cristina kisbu suċċess fl-Malta Golf Association Shield, kompetizzjoni li kienet organizzata fil-korsa tal-golf fil-Marsa.

Tore Lindveit kien l-aħjar fost il-parteċipanti rġiel meta kien konsistenti tul it-tlett ijiem ta’ logħob għalkemm kellu oppożizzjoni minn Patrick Baldacchino u Eugene Cranley li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fil-kategorija tan-nisa, il-golfer żagħżugħa Laya Cristina kompliet turi progress fil-logħob tagħha meta temmet fl-ewwel post tal-kompetizzjoni bi Guan Mingqi u Eileen Borg fit-tieni u tielet pożizzjoni rispettivament.

Fil-Malta Golf Association Shield ħadu sehem 88 plejer raġel u 12-il plejer mara bit-temp ikun favorevoli fl-ewwel jumejn bl-aħħar ġurnata li kienet karatterizzata mir-riħ li għamel ix-xogħol tal-kompetituri pjuttost difficli.

Fl-aħħar tal-kompetizzjoni, il-president tal-Malta Golf Association William Beck flimkien ma’ Robert Farrugia Vella ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.