Internazzjonali

Il-Finlandja: Tagħlaq l-aċċessi mal-fruntiera tar-Russja minħabba l-immigrazzjoni illegali

Il-Prim Ministru Finlandiż Petteri Orpo ħabbar li pajjiżu se jagħlaq xi aċċessi mal-fruntiera tar-Russja u wara li l-Finlandja spiċċat suġġetta għal mewġa ġdida ta’ immigranti illegali li qasmu għal artha mit-territorji Russi.

Dan ukoll meta l-parti kbira tal-immigranti ġejjin minn pajjiżi oħrajn ‘il hinn mir-Russja.

Il-pjan f’Ħelsinki jesiġi għall-għeluq ta’ erba’ aċċessi fin-nofsinar tal-pajjiż waqt li żewġ aċċessi fl-artijiet Finlandiżi tat-Tramuntana as jibqgħu mifuħin għal applikazzjonijiet għall-kenn politiku.

Petteri Orpo akkuża lir-Russja b’li qed tgħin lin-nies mingħajr id-doklumenti xierqa biex jaslu sal-fruntiera tal-Finlandja — u meta l-mewġa ġdida tal-immigranti illegali ġejjin minn pajjiżi bħas-Sirja, il-Jemen u l-Iraq.

T