Kummerċ Lokali

Il-Malta Chamber u Maypole Group jiffirmaw Silver Collaboration Agreement

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta ffirmaw is-Silver Collaboration Agreement ma’ Maypole Group biex jikkollaboraw flimkien fuq inizjattivi li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunità kummerċjali ta’ Malta.

Chris Vassallo Cesareo, Il-President tal-Kamra ta’ Malta, qabel l-iffirmar qal li “Il-Kamra ta’ Malta qiegħda kontinwament ittejjeb il-kapaċità tagħha li tifformula politiki u tirfina l-pożizzjoni tagħha fuq diversi kwistjonijiet ta’ prijorità nazzjonali. Għal dan il-għan, hu sostna li huma kburin li qed jissieħbu mal-Maypole Group. Permezz tal-għarfien espert imprezzabbli u r-riżorsi indispensabbli tagħhom, Maypole Group huma msieħba ideali biex jappoġġaw lill-Kamra ta’ Malta biex tkun minn ta’ quddiem biex twassal bidla pożittiva fl-isfera tan-negozju.”

Wara l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, Mario Debono, id-Direttur Maniġerjali tal-Maypole Group, qal li dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni jimmarka tragward sinifikanti għall-Maypole Group u jiftaħ toroq ġodda għall-kollaborazzjoni, tkabbir u impenn fil-komunità. Din is-sħubija mhux biss se ttejjeb il-viżibilità ta’ Maypole fi ħdan il-komunità tan-negozju, iżda se tipprovdi wkoll riżorsi ta’ valur, opportunitajiet ta’ networking, u appoġġ għall-isforzi futuri ta’ Maypole. Jemmnu li flimkien, jistgħu jiksbu affarijiet kbar u jagħmlu impatt pożittiv fuq l-ekonomija lokali. Debono kompla jgħid li, hekk kif jimxu ‘l quddiem, Maypole tinsab fiduċjuża li din il-kollaborazzjoni se twassal għal opportunitajiet ta’ benefiċċju reċiproku. Debono temm billi rringrazzja lill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta għall-impenn kontinwu lejn il-komunità tan-negozju.

Il-ftehim kien iffirmat minn Chris Vassallo Cesareo, Nicholas Xuereb u Marthese Portelli, President, Deputat President u CEO ta’ The Malta Chamber rispettivament, u Mario Debono u Sebestian Debono, id-Diretturi ta’ Maypole Group.