Internazzjonali

Joe Biden xettiku dwar kemm jista jkun hemm qbil biex jinħelsu l-ostaġġi tal-Hamas f’Gaza

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden, qal li li njsab ftit li xejn konvint li jista jkun hemm qbil dwar kif ser jinħelsu l-ostaġġi tal-Hamas f’Gaza.

F’kummenti li ta wara laqgħa li kellu mal-President Ċiniż, Xi Jinping, Bidel qal li l-Istati Uniti raw kooperazzjoni kbira minn naħa tal-Qatar li minn naħa tagħha kellna negozji kbar bejn Iżrael u l-Hamas.

Dwar l-attaki tas-7 ta’ Ottubru fuq Iżrael, Biden qal li l-idea li dawn ser jieqfu mhux realistika, dan hekk kif il-ġurnata ta’ qabel stess il-Forzi ta’ Difensiva Iżrealjana qalet li kienu ġew imndedija attakki preċiżi fl-Isptar Al-Shifa.

Intanti id-difiża Iżraeljana tard ilbieraħ filgħaxija qalu li qed jirrispondu lura għal numru ta’ attakki li seħħew fil-fruntiera bejn Iżrael u l-Lebanon. Waqt li f’Tokyo sewwieq ta’ karozza kien arrestat wara li baqa’ dieħel bil-karozza tiegħu viċin tal—ambaxxata Iżraeljana fil-Ġappun.

Intant skond il-Ministru tas-saħħa tal-Hamas, sa ħamest ijiem ilu 11,000 persuna kienu mietu f’Gaza , 4,500 minnhom tfal.