Futbol Sport

Peter Beardsley f’pajjiżna fil-bidu ta’ Diċembru

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Diċembru, is-supporters Maltin ta’ Liverpool se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu ma’ wieħed mil-leġġendi tal-club, Peter Beardsley li lagħab mar-Reds bejn l-1987 u l-1991.

Ma’ Liverpool Beardsley lagħab total ta’ 131 logħba u skorja 46 gowl u f’dan il-perjodu ma’ Liverpool huwa rebaħ darbtejn l-Ewwel Diviżjoni, darba l-F.A. Cup u tliet darbiet iċ-Charity Shield.

Peter Beardsley huwa wieħed mill-10 plejers li lagħbu wkoll mar-rivali Everton wara li fl-1991 ingħaqad magħhom għas-somma ta’ £1 miljun fl-età ta’ 30 sena biex wara 95 logħba u 32 gowl huwa rritorna ma’ Newcastle, li dak iż-żmien kienu mmexxija minn Kevin Keegan li lagħab miegħu fl-attakk bejn l-1983 u l-1987 mal-istess Newcastle.

Mat-tim nazzjonali Ingliż Beardsley lagħab total ta’ 59 logħba u skorja 9 gowls.

Beardsley se jkun qed jinġieb minn Liverpool Supporters Club Gozo, fil-club li jinsab ix-Xewkija u dawk interessati jistgħu iċemplu fuq 99430673 jew 79967895.