Nhar il-Ħadd 19 ta’ Novembrt ser issir il-quddiesa tal-bidu tal-ħidma pastorali bħala Kappillan Martin Coleiro fis-Parrocca Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.
Fil-5.30pm jibda servizz ta’ marci festivi minn quddiem is-sede tas-Soċjetà Filarmonika Sliema mill-Banda Cittadina Sliema flimkien mal-Banda Dekana L’Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina ser ikunu qegħdin jingħaqdu f’daqqa f’banda waħda għal din l-okkażjoni speċjali fuq xewqa tal-istess Patri Martin Coleiro.
Dan il-marc jibqa sejjer sa Triq il-Karmnu quddiem il-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani fejn iż-żewġ baned jakkumpanjaw lil Martin sas-Santwarju Marjan.
Quddiem is-Santwarju u s-sede tas-Soċjeta iż-żewġ baned f’daqqa jilqgħu lill-Charles J. Scicluna, l-Arċisqof ta’ Malta, bl-Innu Pontificju.
Fis-6.30pm fis-Santwarju Marjan tibda l-quddiesa mmexxja mill-Arċisqof gejn fiha Martin Coleiro jingħata l-pussess bħala Kappillan tal-parrroċċa.
Wara l-quddiesa ċ-ċelebrazzjoni tkompli fil-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Sliema.
//= $special ?>