Il-poplu fi Spanja mistenni jkompli bil-protesti wara li l-Mexxej Spanjol Soċjalista Pedro Sanchez kiseb il-vot li ried mill-Parlament għal mandat biex, mill-ġdid, imexxi pajjiżu bħala Prim Ministru.
Sanchez aċċerta minn maġġoranza ta’ erba’ siġġijiet fil-Parlament magħmul minn 350 deputat wara li konferma ftehim għall-amnestija tal-politiċi u attivisti Katalani li snin ilu fallew fit-tentattiv biex jisseparaw ir-reġjun ta’ Katalonja mill-bqija ta’ Spanja.
Il-mandat ġdid għal Sanchez hu dovut għall-fatt li Alberto Núñez Feijóo naqas milli jifforma maġġoranza wara li l-Partit Popolari konsevattiv tiegħu rebaħ l-elezzjonijiet nazzjonali ta’ Lulju.
Iżda Sanchez, issa, qed ikun akkużat dwar opportuniżmu sfaċċat fost ir-rabja tal-Ispanjoli għall-fatt li s-Soċjalisti fil-Gvern baxxew rashom għall-kundizzjonijiet tas-separatisti.
Il-maġġoranza fi Spanja jemmnu li l-amnestija u l-inklużjoni ta’ żewġ partiti favur l-indipendenza tal-Katalani fil-koalizzjoni ġdida se jwasslu għal kampanja ġdida mill- Katalani biex ikissru l-kunċett tal-għaqda territorjali għall-Ispanjoli.
Min-naħa tiegħu, Alberto Núñez Feijóo qed jakkuża lill-Prim Ministru Soċjalista bħala politiku li ħsiebu biss fl-interessi tiegħu aktar milli fil-vera ħteġiet ta’ pajjiżu.
//= $special ?>