Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Skor identiku f’erba’ partiti mill-Ewwel Diviżjoni

Meta intlagħab is-sitt round ta’ logħob mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Malta Table Tennis Association, il-partiti kollha ntemmu bl-iskor identiku ta’ 4-2.

Il-leaders HITT Academy WH Middle East ma kinux fl-azzjoni wara li l-partita tagħhom kontra Mosta Gunners kienet posposta.

Alpha Gewo, HITT Academy Tibhar, Malta International Table Tennis Centre Butterfly Dignics u Malta International Table Tennis Centre Butterfly kisbu skor identiku ta’ 4-2 kontra Top Spin Table Tennis Academy Pay Roxon, Alpha Calleja Ltd, HITT Academy Home Trends u HITT Academy Mosta Dome B & B rispettivament.

Fit-tieni diviżjoni, Alpha Alberta Group għadhom fl-ewwel post wara rebħa ta’ 5-1 kontra Alpha Flexon.

Fit-tielet diviżjoni, HITT Academy Sports Experience jinsabu fl-ewwel post wara li komplew bil-mument pożittiv tagħhom wara rebħa ta’ 5-1 kontra Top Spin Academy Skelton.