Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Kim Camilleri Lagana mal-ewwel 10 fil-Kampjonat tad-Dinja Juniors

Il-weightlifter Kim Camilleri Lagana idebuttat fil-Kampjonat tad-Dinja Juniors tal-Weightlifting fi Guadalajara fil-Messiku.

Fil-kategorija tagħha ħadu sehem l-aqwa weightlifters fostom minn Turkija, China Taipei, Messiku, Spanja, Ukrajna u Rumanija.

B’total ta’ 133 kilo, Camilleri Lagana temmet fl-għaxar post fost 13 il-finalista. Fis-snatch, wara li refgħet 56 kilo, kompliet b’refgħa ta’ 58 kilo izda t-tentattiv ta’ 59 kilo ma kienx ikkonvalidat mill-ġurija.

Fil-clean and jerk Camilleri Lagana refgħet 72 kilo segwit minn 75 kilo iżda falliet it-tentattiv ta’ 77 kilo sabiex temmet b’total ta’ 133 kilo.

Il-kontinġent Malti huwa mmexxi mill-President tal-Malta Weightlifting Association Jesmond Caruana fejn fil-ġranet li ġejjin jikkompetu wkoll Tenishia Thornton u Rylee Borg.