L-attakkant ta’ 16-il sena Yamine Lamal għal darb’oħra kien protagonista fir-rebħa ta’ 3-1 li kellhom Spanja fuq Ċipru minn Grupp A ta’ Kwalifikazzjoni għall-EURO 2024. Lamal fetaħ l-iskor għal Spanja wara azzjon ta’ 22 pass, qabel Mikel Oyarazabal u Joselu tefgħu lil Spanja tliet gowls minn fuq, bil-gowl ta’ konsolazzjoni għal Ċipru jasal permezz ta’ Kostas Pileas.
Intant fil-partita l-oħra minn Grupp A draw ta’ 2-2 bejn il-Ġorġja u l-Iskozja, liema draw jħalli lill-Iskozja żewġ punti taħt Spanja fit-tieni post. Il-Ġorġja marru fil-vantaġġ mal-kwarta logħob b’gowl tal-attakkant ta’ Napoli Khvicha Kvaratskhelia qabel kien Scott McTominay li kiseb d-draw għall-Iskozja. Kvaratskhelia reġa’ tefa’ lill-Ġorġja 2-1 minn fuq fis-57 minuta, biex fit-93 mintua kien Lawrence Shankland li ġab il-parita’ għall-Iskozja.
Kwalifikazzjoni EURO 2024
Illum: Ċipru v Spanja 1-3, Ġorġja v Skozja 2-2, Ażerbajġan v Żvezja 3-0, Estonja v Awstria 0-2, Bulgarija v Ungerija 2-2, Montenegro v Litwanja 2-0, Liechtenstein v Portugall 0-2, Lussemburgu v Bosnia 4-1, Slovakkja v Iżlanda 4-2
Għada: Ingilterra v Malta 8.45pm, Italja v Maċedonja ta’ Fuq 8.45pm, Moldova v Albanija 9.00pm, Polonja v Repubblika Ċeka 8.45pm, Kazakhstan v San Marino 9.00pm, Finlandja v Irlanda ta’ Fuq 9.00pm, Danimarka v Slovenja 9.00pm