INGILTERRA ……………. 2
MALTA …………………….. 0
Ingilterra: J.Pickford, K.Trippier, M.Guehi, H.Maguire, F.Tomori, T.Alexander-Arnold, J.Henderson, C.Gallagher, P.Foden, H.Kane, M.Rashford
Malta: H.Bonello, S.Borg, E.Pepe, J.Borg, J.Mbong, Y.Yankam, M.Guillaumier, T.Teuma, R.Camenzuli, P.Mbong, K.Reid
Referee: Luis Godinho
F’Wembley Stadium, telfa ta’ 2-0 għat-tim nazzjonali Malti kontra l-Ingilterra minkejja prestazzjoni pożittiva mit-tim Malti. Bidu pożittiv ferm għal Malta meta fl-ewwel minuti il-konklużjoni ta’ Teddy Teuma għaddiet tħakkek mil-lasti difiżi mill-goalkeeper ta’ Everton Jordan Pickford.
Minkejja dan kienu l-Ingilterra li fetħu l-iskor fit-8 minuta b’gowl sfortunat għal Maltin, hekk kif il-pass ta’ Phil Foden kien devjat għal ġewwa minn Enrico Pepe, b’Henry Bonello ma jkollux ħin jirreaġixxi, għal 1-0.
Fit-28 minuta, Harry Kane deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Bonello, bir-referee Godinho, madanakollu jieħu isem il-captain Ingliż, wara li aġġudika li ma kienx hemm kuntatt bejn Bonello u Harry Kane, bl-ewwel taqsima tintemm bil-pusses favur l-Ingilterra iżda bit-tim nazzjonali Malti, jkollu aktar xuttijiet lejn il-lasti ta’ Pickford.
Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ bħal dak tal-ewwel taqsima bl-Ingilterra jkompluj jiddominaw il-pusses. Biex fil-75 mintua minn pass ta’ Bukayo Saka, kien Harry Kane li mill-viċin ma żbaljax u xeħet wara Bonello għal 2-0. Minuta wara l-Ingilterra ħasbu li għamluhom tlieta permezz ta’ Declan Rice, liema gowl ma kienx ikkonvalidat mill-VAR minħabba offside.
B’hekk b’din ir-rebħa it-tim Ingliż komplew iżommu posthom fl-ewwel post ta’ grupp C mingħajr telfa, bit-tim Malti jibqa’ fl-aħħar post mingħajr l-ebda punt.
//= $special ?>