Ħaddiem ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-4:30pm f’sit fi Triq is-Salini, Marsaskala.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza u marret fuq il-post, filwaqt li ssejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post taxXogħol, għadhom għaddejjin.
//= $special ?>