Lokali

“Il-Farfett” – il-kostum ta’ Ella għal Miss Universe

“B’dan il-kostum irrid noħloq aktar għarfien biex nieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna”.

Dan huwa l-messaġġ li wasslet Ella Portelli, it-tfajla Maltija li fi tmiem il-ġimgħa se tipprateċipa f’Miss Universe – bil-kostum magħżul minnha għal din il-kompetizzjoni ta’ sbuħija jkun intitolat “Il-Farfett”.

Miss Universe Malta fakkret kif f’Malta fis-snin passati kien hawn mal-50 speċi ta’ farfett. Iżda sfortunatament, minħabba l-iżvilupp bla rażan spiċċajna tlifna ħafna mill-elementi ta’ flora u fawna f’pajjiżna.

Ella Portelli tixtieq li b’dan il-kostum twassal ukoll messaġġ dwar il-bidla fil-klima u l-effetti tagħha.

Il-kompetizzjoni Miss Universe qed tittella’ f’El Salvadore, u s-serata finali se ssir il-Ħadd filgħodu (ħin ta’ Malta).