Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan għaddej bl-ewwel żjara tiegu fil-Ġermanja mill-2020 u fi żmien meta r-relazzjonijiet bilaterali qed ikunu suġġetti għall-isfidi kbar relatati mal-preżent.
Filwaqt li dawn il-pajjiżi , tul is-snin, irnexxielhom ikattru r-rabtiet ekonomiċi u soċjali, din iż-żjara qed issir taħt tensjoni kbira peress li l-Ġermanja u t-Turkija jinsabu fuq naħat opposti fir-rigward tal-gwerra li għaddejja bħalissa f’Gaza.
Il-Ġermanja qed tinsisti li hi politikament ‘obbligata’ li tappoġġja lil Iżrael wara l-Olokawst tal-Lhud taħt idejn in-Nażisti u li jibqa’ jissemma fost l-aktar kapitli qerrieda matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Iżda waqt li l-Ġermanja qed toffri l-appoġġ militari lil Iżrael, Erdogan hu kritiku qalil tal-Iżraeljani u anki akkuża lil Iżrael bħala pajjiż li qed jaġixxi ‘qisu Stat terroristiku’ waqt il-gwerra kontra l-Ħamas.
It-Turkija mhix iżżomm lura mill-appoġġ lill-Palestinjani u l-preżenza ta’ Erdogan fil-Ġermanja hi sensittiva peress li l-President Tork, qabel , kien anki kuntesta l-leġittimità ta’ Iżrael bħala Stat fost il-kontroversja sussegwenti.
Sadanittant, Erdogan – li fil-bidu tal-konflitt fil-Lvant Nofsani kien ipprova jippreżenta ruħu bħala medjatur – kellu programmati laqgħat mal-President Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier u b’mod partikulari mal-Prim Ministru tal-Ġermanja, Olaf Scholz.
//= $special ?>