Lokali

Il-GWU tagħlaq 80 sena anniversarju

Il-General workers union sejħet laqgħa straordinarja hekk kif f’għeluq it-80 sena anniversarju għażlet li ssir fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp fil-Ħamrun, proprju fejn kienet saret l-ewwel laqgħa tal-kumitat organizzattiv.

Fid-diskors tiegħu l-President tal-GWU, Victor Carachi semma’ kif matul dawn it-80 sena li għadew kienet union li mxiet maż-żminijiet u ħabbret diversi inizjattivi li jieħdu ħsieb jelevaw il-kwalità tal-ħajja. Semma’ ukoll li għalkemm il-GWU dejjem irnexxielha tegħleb kull ostaklu ċert li se jibqgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien, u saħaq kif jixtieq li tkun riżolta s-sitwazzjoni dwar il-binja tal-GWU llum qabel għada.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja rrefera għall-kantuniera fejn proprju jingħad li kienet saret l-ewwel laqgħa, qal li huwa ta’ privileġġ għalih li jinsab f’dan il-post ilaqqa’ din is-seduta speċjali tal-Kunsill Nazzjonali. Fil-post fejn il-Kumitat tas-Soċjetà ta’ dak iż-żmien kien lest jisma’ t-talba ta’ dawn il-grupp żgħir ta’ nies u jissogra joffrilhom post fejn jiltaqgħu għal din il-laqgħa sigrieta.

Fi tmiem il-laqgħa s-Segretarju Ġenerali tal-GWU stieden lis-Soċjetà Mużikali biex wara din il-ħidma flimkien iżommu kollaborazzjoni bejniethom filwaqt li jżuru l-binja tal-GWU, jaraw fhiex żviluppat iż-żerriegħa li nżrat f’dak il-każin. Sar ukoll kxif ta’ plakka kommemorattiva filwaqt li ngħatat għotja ta’ kommemorazzjoni lill-Każin mingħand il-GWU.