Internazzjonali

Il-Litwanja: Proposta għall-ġarr tal-armi awtomatiċi qed tqanqal it-tħassib

Il-gruppi tal-attivisti fil-Litwanja huma mħassbin dwar l-inizjattiva mill-politiċi biex iżidu l-aċċess tal-poplu għall-armi tan-nar awtomatiċi. Dan minkejja li d-difensuri ta’ abbozz partikulari  insistew li l-kultura, il-mentalità u t-tradizzjonijiet fil-Litwanja huma biżżejjed biex jevitaw sitwazzjonijiet ta’ qtil tal-massa li jseħħu kemm-il darba f’pajjiżi bħall-Istati Uniti.

Numru ta’ politiċi Litwani qed jgħidu wkoll li l-aċċess aktar faċli għall-armi awtomatiċi anki għandu jżid il-livell tas-sigurtà b’mod ġenerali. Iżda diversi gruppi fil-pajjiż qed iwissu dwar ‘’il-perikli kbar ġodda’ assoċjati mal-abbozz inkwistjoni.

Dan meta l-abbozz li ressqu żewġ deputati konservattivi jemenda l-Liġi għall-Kontroll tal-Armi u l-Munizzjon b’mod li jippermetti biex kulmin għamel is-servizz tal-lieva jew ikkonkluda t-taħriġ militari jkollu d-dritt għall-pussess ta’ armi tan-nar awtomatiċi.

Il-Gwerra li għaddejja bħalisa fl-Ukrajna qed tbiddel il-mentalità fost il-Litwani u meta – minkejja t-tħassib — żdiedu n-nies li jemmnu li l-pass inkwistjoni dwar l-armi għandu jsaħħaħ is-sigurtà fuq livell nazzjonali.