Kurżitajiet Lokali Unjoni Ewropea

Il-media soċjali taf issir is-sors ewlieni tal-aħbarijiet

Stħarriġ tal-Eurobarometer juri li fl-aħħar snin kompla jiżdied il-persentaġġ ta’ dawk li jaċċessaw l-aħbarijiet mill-media soċjali. Għalkemm is-sors ewlieni jibqa’ it-televiżjoni.

Il-Eurobarometer juri li ħafna mill-anzjani għadhom jużaw it-televiżjoni bħala s-sors primarju tal-aħbarijiet.

L-istħarriġ tal-2022 juri li t-televiżjoni u l-istazzjonijiet tar-radju huma l-aktar sors li jiġu segwiti. Fil-fatt, l-udjenzi u l-qarrejja tal-media tradizzjonali – inkluż il-media stampata – baqgħu prattikament l-istess.

Fl-Ungerija l-iktar sors segwit huwa l-media soċjali li jinkludi blogs u podcasts, filwaqt li fil-Polanja, it-televiżjoni huwa l-iktar sors fdat u segwit.

L-akbar żidiet fil-persentaġġ ta’ fiduċja huma f’Youtube, flimkien ma’ xi pjattaformi oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ xandir ta’ filmati.

37% ta’ dawk li wieġbu jsegwu influencers fuq pjattaformi differenti tal-media soċjali.

Jidher biċ-ċar li ċ-ċittadini ta’ bosta pajjiżi Ewropej, inkluż pajjiżna, jiġu influenzati mill-media soċjali rigward dak li jintqal fuq l-Unjoni Ewropea u anke l-Parlament Ewropew.