Lokali

IL-KRIŻI DWAR IL-PAGI TAL-GĦALLIEMA: Jisfaxxaw in-negozjati bejn il-Gvern u l-MUT

Huwa ċar li dak li qed joffri l-Gvern "mhux biżejjed"

Aktar minn sena u nofs ilu, Robert Abela kien wiegħed lill-għalliema żieda sostanzjali fil-pakket finanzjarju; żieda li sal-lum l-edukaturi għadhom qed jistennewh iwettaqha mhux talli hekk, talli issa donnu wara dawn ix-xhur kollha, il-proċess ta’ konċiljazzjoni bejn il-Gvern u l-Union tal-Għalliema sfaxxa għal kollox.

Dan hekk kif ġie spjegat li l-Gvern tal-Labour ippreżenta offerta aġġornata; madanakollu xorta waħda ma kinitx waħda sodisfaċenti għall-MUT. Għaldaqstant l-Union tal-Għalliema m’aċċettatx il-proposta u konsegwenza t’hekk il-proċess waqaf ħesrem.

Dan kollu jikkonferma li l-Gvern tal-Labour qed isibha bi tqilha immens jirrispetta lill-professjoni tal-edukaturi u jżomm kelmtu – b’Abela jsibha diffiċli jimxi mill-paroli għall-fatti…u bil-Union tal-Għalliema tissokta bl-azzjonijiet tagħha.

L-iżviluppi tal-Ġimgħa seħħew l-għada li l-Ministru Clifton Grima saħaq ma’ Net News li l-għalliema kienu se jiżdiedu sostanzjalment u li kulħadd kien se jieħu li ħaqqu.