Futbol Sport

Premier League Ingliż: Tnaqqis immedjat ta’ 10 punti għal Everton

(Ritratt: EPA)

Everton ġew penalizzati 10 punti fil-kampjonat hekk instabu li kisru r-regoli tad-dikjarazzjoni tal-profitti tal-Premier League.

Dan it-tnaqqis huwa l-ikbar fl-istorja tal-Premier League, u jħalli lil Everton fid-19-il post fil-klassifika b’total ġdid ta’ biss 4 punti.

Fi stqarrija uffiċjali tal-klabb, il-klabb qal li dan il-kastig huwa xokkanti u inġust u jinsabu ddiżappuntati ferm b’din id-deċiżjoni. Huma komplew jgħidu li se jkunu qed jappellaw din id-deċiżjoni.

Dan il-kastig jasal hekk kif Everton urew telf fil-kontijiet tal-klabb għal ħames snin konsekuttivi. Sussegwentament, wara ħamest ijiem ta’ qorti f’Ottubru, instab li Everton iddikjaraw total ta’ £124.5 miljun ta’ telf, kważi £20 miljun iktar milli huma permessi li jidikjaraw klabbs tal-Premier League.