Futbol Sport

Preżentat il-ballun uffiċjali tal-EURO 2024

(Ritratt: EPA)

Filwaqt li bejn il-bieraħ u llum u wisq aktar il-ġimgħa d-dieħla jintlagħab l-aħħar rawnd mill-fażi tal-gruppi biex ikunu magħrufa l-finalisti kollha għall-Kampjonat tal-Ewropa EURO2024, kien ippreżentat uffiċjalment il-ballun uffiċjali li se jintuża fil-fażi finali.

Fl-Olympiastadion f’Berlin, fejn fl-1936 kienu saru l-Olimpijadi, għad-dell tat-trofew Henry Delaunay għal preżentazzjoni kienu preżenti l-goalkeeper Manuel Neuer u żewġ eks plejers b’karriera fit-timijiet nazzjonali rispettivi Celia Sasic u Philip Lahm.

Il-Kampjonat tal-Ewropa EURO 2024 jibda uffiċjalment fl-14 ta’ Ġunju u jintemm fl-14 ta’ Lulju 2024, bil-poloż tal-gruppi jkunu magħrufa fit-2 ta’ Dicembru waqt ċerimonja apposta li se ssir f’Hamburg.