Futbol Sport

Rebħa komda għall-Italja fuq il-Maċedonja ta’ Fuq

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico f’Ruma, it-tim nazzjonali Taljan żamm it-tamiet tiegħu ħajjin li jagħmilha għall-fażi finali tal-EURO 2024 b’rebħa ta’ 5-2 fuq il-Maċedonja ta’ Fuq. Huma fetħu l-iskor fis-17-il mintua meta Giacomo Raspadori żmarka lil Matteo Darmian li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Fl-40 minuta il-midfielder ta’ Arsenal, Jorginho, ra l-penalty tiegħu salvat mill-goalkeeper Stole Dimitrievski, iżda minuta wara kien Federico Chiesa li rdoppja għat-Taljani. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima reġa’ kien Chiesa li skorja it-tielet gowl għat-tim immexxi minn Luciano Spalletti.


Fit-tieni taqsima il-Maċedonja ta’ Fuq daħlu fil-partita b’żewġ gowls ta’ Jani Atanasov fit-52 u fl-74 mintuta rispettivament. Minkejja dan Giacomo Raspadori u Stephan El Sharawy assiguraw minn rebħa konvinċenti għat-tim Taljan b’gowls fil-81 minuta u d-90 minuta rispettivament.

KwalifikazzjonI EURO 2024

Ilbieraħ: Ingilterra v Malta 2-0, Italja v Maċedonja ta’ Fuq 5-2, Moldova v Albanija 1-1, Polonja v Repubblika Ċeka 1-1, Kazakhstan v San Marino 3-1, Finlandja v Irlanda ta’ Fuq 4-0, Danimarka v Slovenja 2-1
Illum: Franza v Ġibilta 8.45pm, Olanda v Irlanda 8.45pm, Armenja v Wales 3.00pm, Latvja v Kroazja 6.00pm, Belarus v Andorra 6.00pm, Iżrael v Rumanija 8.45pm, Żvizzera v Kosovo 8.45pm