Sport Sport Ieħor

ATP Turin: Jannick Sinner jgħaddi għall-finali b’rebħa fuq Daniil Medvedev

(Ritratt: EPA)

It-Taljan Jannick Sinner kompla jkun promitenti hekk kif għeleb lil veteran Daniil Medvedev biex għadda għall-finali tal-ATP ġewwa Turin.

Sinner rebaħ il-konfront f’pajjiżu bl-iskor ta’ 6-7 (4-7) 6-1 f’partita li ħadet kważi sagħtejn u nofs.

Huwa se jkun qiegħed jaffronta lir-rebbieħ mill-konfront bejn Novak Djokovic u Carlos Alcaraz.

Sinner li huwa kklassifikat bħala r-raba’ l-aħjar plejer fid-dinja kiseb it-tielet rebħa konekuttiva tiegħu kontra l-plejer Russu.