Is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc se jkun qiegħed jibda t-tellieqa t’għada fl-ewwel post hekk kif Ferrari ddominaw il-kwalifikazzjoni, b’ sieħbu tal-istess tim Carlos Sainz itemm fit-tieni post.
Is-sewwieq ta’ Red Bul Max Verstappen se jkun dak li se jibda fit-tielet post għada, segwit minn George Russel ta’ Mercedes fir-raba’ post u Pierre Gasly fil-ħames post.
Fis-sitt u seba’ post se jibdew Alex Albon u Logan Sargaent ta’ Wiliams, filwaqt li Vatteri Bottas ta’ Alfa Romeo fit-tmien post u Kevin Magnussem ta’ Haas fid-disa’ post.
Il-veteran Lewis Hamiton ma kelhux prestazzjoni mill-aħjar, u b’hekk se jkun l-aħħar sewwieq li jibda ma-ewwel għaxra.
//= $special ?>